Is-Serqa Ta’ Drogi Li Suppost Kienu Mgħassa Mill-Forzi Armati Ta’ Malta

Repubblika Tikkundanna t-Theddid Ta' Ritaljazzjoni Kontra Whistleblowers


Solidarjetà Ma' Joanna Mallia


Repubblika tqis li din is-serqa hija materja tal-akbar ġravità fuq ħafna livelli. Hija gravi għax hija serqa minn post fejn suppost huwa mgħasses mill-Forzi Armati ta’ Malta; hija aktar gravi għax hija serqa ta’ drogi u jerġa’ hija aktar gravi għax huma drogi li suppost inqerdu b’ordni tal-Qorti. Repubblika

Aħna jidhrilna li quddiem sitwazzjoni gravi bħal din, il-maturità titlob li tinġarr ir-responsabbilità politika. Repubblika Repubblika Ministru serju, integru u responsabbli jirriżenja quddiem skandlu bħal dan, anke jekk personalment m’għamlux hu.

Kif il-Ministru jieħu ċ-ċapċip u l-prosit meta n-nies ta’ taħtu ikollhom suċċess, hekk ukoll għandu jġorr ir-responsabbiltà għal żbalji gravi bħal dan. Mhux sewwa li l-Brigadier tal-Armata huwa sospiż u l-Ministru għadu hemm. Repubblika

Niftakru li din hija l-aħħar storja f’sensiela twila ta’ skandli f’dan il-ministeru, inkluż il-problemi f’Identità u r-rapport xokkanti tal-Ombudsman dwar il-ħabs u l-imġieba ta’ Alex Dalli.

Nistennew ukoll trasparenza sħiħa dwar dak li ġara u ċ-ċirkostanzi kollha.

Fost l-oħrajn il-Gvern għandu jkun ċar:

  1. Kemm kien ilha tistenna biex tinqered din id-droga?
  2. Għaliex kienet għadha ma nqerditx? Repubblika
  3. Kemm hemm droga li suppost inqerdet fl-aħħar snin u s’issa għadha ma nqerditx?
  4. Kien hemm droga oħra li suppost inqeredet imma nsterqet? Repubblika

Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f’pajjiż fejn tirrenja l-impunità

24.02.2025

https://repubblika.org/mt/press-release/is-serqa-ta-drogi-li-suppost-kienu-mghassa-mill-forzi-armati-ta-malta/